Fl-ewwel ġurnata ta’ kwalifikazzjoni tat-trap f’Chateauroux Shooting Centre, kważi 230km ‘il barra minn Pariġi, l-atleta Malti Gianluca Chetcuti kien fl-azzjoni fl-ewwel esperjenza Olimpika tiegħu.
Chetcuti kien akkumpanjat minn 30 tiratur ieħor fl-ewwel sessjoni, u huwa spara mit-tielet stazzjon flimkien ma’ Owen Robinson ta’ New Zealand, Mitchell Iles mill-Aswtralja, Rickard Levin- Andersson tal-Iżvezja, Jiri Liptak mir-Repubblika Ċeka u Driss Haffari mill-Marrokk.
Fl-ewwel 25 plattina, Chetcuti kien tajjeb fejn falla biss waħda u għalaq l-ewwel serje fit-tmien post, madankollu fit-tieni serje huwa laqat 22 plattina biex niżel fis-26 post.
Fl-aħħar serje huwa laqat 23 plattina biex għalaq il-ġurnata fit-28 post.
Chetcuti jerġa’ fl-azzjoni għada fil-11:00am.
//= $special ?>