L-għaqda Nature Trust Malta ħabbret li ġiet skoperta bejta oħra tal-fekieren, din id-darba fir-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
Il-bejta ntlemħet għall-ħabta tat-8pm, u hi s-sitt bejta f’dan l-istaġun.
L-uffiċjali tal-ERA u l-voluntiera tan-Nature Trust marru fil-post biex jiżguraw is-sigurtà tal-fekruna li daħlet fuq il-bajja. U minnufih bdew ix-xogħlijiet biex iz-zona tiġi magħluqa u protetta.
Il-volontieri ta’ Nature Trust ilhom minn Mejju jassiguraw li tiġi pprovduta l-aħjar protezzjoni għal dawn il-bejtiet. Dan sabiex ikun hemm rata għolja ta’ suċċess għall-fkieren.
//= $special ?>