Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident f’Santa Venera

Il-Pulizija ġiet infurmata t-Tnejn għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, f’Venera.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall Insigna misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti Birkirkara. Vettura li kienet ipparkjata, tal-għamla Mazda ġarrbet xi ħsarat waqt l-inċident.

Is-sewwieq tal-Kia ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.