Enerġija Lokali

AĠĠORNATA: Jerġa’ jinqata’ d-dawl fin-Nadur u l-Qala; ħruq f’substation fil-Gżira

Kmieni wara nofsinhar, zoni sħaħ tal-Gżira spiċċaw mill-ġdid bla dawl. Dan wara li fl-aħħar tliet ġimgħat f’din l-akwata kien hemm qtugħ konsistenti fil-provvista tal-enerġija – qtugħ tad-dawl li qed jaffettwa diversi familji, negozji, anzjani u stabbilimenti tal-ikel.

Aktar tard, kien hemm rapporti li substation ħadet in-nar. Din is-substation hija parti minn blokka ta’ appartamenti fi Triq Patrick Stuart, fil-Gżira stess.

Fil-post waslu Pulizija, membri tas-CPD kif ukoll ambulanza.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien. Għalkemm ir-residenti li jgħixu fiz-zona kellhom jiġu kollha evakwati.

It-timijiet tekniċi tal-Enemalta kienu fil-post sabiex jassistu lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u bdew il-preparamenti neċessarji għat-tiswijiet meħtieġa.

Il-qtugħ tad-dawl qed jaffettwa wkoll xi toroq f’Tas-Sliema.