Sport

L-Istati Uniti ma ddiżappuntatx fir-rawnd ta’ kwalifika fil-ġinnastika

Fil-logħob tal-ġinnastika, fil-Bercy Arena, iddominaw il-Ġinnastika Artistika Timijiet tan-nisa, bl-attenzjoni tkun fuq ir-ritorn fl-Olimpjadi ta’ Simone Biles u t-tim tal-Istati Uniti. Filwaqt li Biles ma ddiżappuntatx, kienet strumentali fil-kisba tal-ewwel post fir-rawnd ta’ kwalifika.

L-Istati Uniti għalqet fl-ewwel post b’total ta’ 44.799 punti fejn flimkien ma’ Simone Biles it-tim huwa magħmul minn Jade Carey, Jordan Chiles, Sunisa Lee u Hazly Rivera.

Fit-tieni post temmet l-Italja b’41.766 punti bic-Cina fit-tielet post b’40.099 punti.