Sport

L-ixjeħ plejer tat-table tennis rebħet partita fl-Olimpjadi ta’ Pariġi

Min isegwi mill-qrib il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa li l-aħħar edizzjoni saret Malta sena ilu, l-isem ta’ NI XIA LIAN huwa wieħed mill-aktar familjari għaliex mill-1991 irrappreżentat lil-Lussemburgu fit-table tennis.

Eks champion tad-Dinja għaċ-Ċina fl-1983 għas-sitt darba, qed tirrappreżenta lil-Lussemburgu fl-Olimpjadi wara l-edizzjonijiet tal-2000 Sydney, 2008 f’Beijing, 2012 f’Londra, 2016 f’Rio u fl-2021 f’Tokyo. Fl-Arena Paris Sud, NI XIA LIAN ta’ 61 sena saret l-ixjeħ plejer tat-table tennis li rebħet partita kompetittiva. Dan wara li għelbet lil Sibel Al Tinkaya tat-Turkija 12 – 10 ; 11 – 3 ; 11- 3 ; 9 – 11 ; 10 – 12 u 11 – 6

Fl-edizzjoni tal-Olimpjadi PARIĠ2024 NI XIA LIAN ġarret il-bandiera tal-Lussemburgu fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. Fir-rawnd tal-aħħar 32, tilgħab kontra Sun Yingsha taċ-Ċina.