Futbol Sport

”Nistennew pressjoni mill-avversarji u għalhekk irridu nkunu tajbin bil-kontrattakki” – Alessandro Zinnari

(Ritratt: Joseph Galea)

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Centenary Hall Ta’ Qali, il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari qal li biex it-tim ikollu ċans tajjeb li jikkwalifika, irid ikun iffokat mija fil-mija u jagħmel żbalji mill-inqas. Huwa qal ukoll li jistenna għal darb’oħra pressjoni mill-avversarji u għalhekk it-tim irid ikun attent biex jieħu l-aħjar mill-kontrattakki.

Zinnari qal li fl-ewwel leg, għal ħin twil it-tim bata f’dak li hu pussess u ħafna drabi kien kostrett jgħolli l-ballun, li mhix it-tip ta’ logħba li Ħamrun huma atrezzati li jilagħbu. Qal ukoll li minkejja li ma ħolqux wisq, wara li l-avversarji fallew milli jiskorjaw mill-11-il metru, it-tim deher ħafna aħjar u aktar ikkonċentrat biex fl-aħħar mill-aħħar kiseb riżultat pożittiv kontra tim li għandu ħafna kwalità fl-attakk.

Preżenti waqt il-konfeerenza, il-goalkeeper Henry Bonello li min-naħa tiegħu sostna li hu u sħabu l-plejers kollha jinsabu determinati u pożittivi li jirbħu l-konfront u jagħmluha għar-round li jmiss tal-UEFA Conference League.

Ħamrun Spartans jilagħbu kontra FC Ballkani tal-Kosovo, għada fit-8pm fit-Tony Bezzina Stadium.