Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jegħleb lil Rafael Nadal minn partita tat-tieni rawnd tas-singles

(Ritratt: EPA)

Partita klassika mit-tieni round tas-singles fil-Philippe Chatrier court hekk kif Novak Djokovic rebaħ kontra Rafael Nadal. Partita li ħafna qed iqisu li hija l-aħħar waħda uffiċjali bejniethom. Bilanċ assolut qabel dawn l-Olimpijadi bi 30 rebħa għal Djokovic kontra 29 ta’ Nadal filwaqt tournaments mirbuħa fil-karriera 98 għal Djokovic u 92 għal Nadal apparti li fi Grand Slams Djokovic igawdi vantaġġ ta’ 24 – 22 .

F’Parigi, kienet partita bla storja dominata għal kollox minn Novak Djokovic. Rebaħ l-ewwel set li ddomina 6 – 1, sabiex fin-nuqqas ta’ reazzjoni minn Nadal, Djokovic rebaħ it-tieni set 6 – 4.