Internazzjonali

Raġel arrestat fi Franza fuq suspett ta’ vandaliżmu

Raġel ġie arrestat fil-majjistral ta’ Franza wara kien qed jaġixxi b’mod suspettuż ħdejn sit tal-ferroviji.

Fil-karozza tiegħu nstabu kitbiet ta’ ideoloġija tax-xellug, flimkien ma’ ċwievet u ċineg.

Ir-raġel, li għandu 28 sena qed jiġi interrogat mill-pulizija fil-belt Rouen.

S’issa m’hemmx indikazzjoni li hu kellu x’jaqsam mal-attakki li saru fuq il-linji tal-ferroviji qabel iċ-ċerenomja tal-Olimpjadi f’Pariġi.