Internazzjonali

Spettaklu ta’ meterjoriti llejla fir-Renju Unit

Nies madwar ir-Renju Unit se jkunu jistgħu jaraw xita tal-meterjoriti llejla bl-isem ta’ Delta Aquariids.

Dan l-ispettaklu se jidher b’mod l-aktar viżibbli llum, qabel ma jkompli jidher kull lejl sal-aħħar t’Awwissu. Fil-fatt, ħafna jirreferu għal dan il-fenomenu bħala ‘Id-Dmugħ ta’ San Lawrenz’, għaliex kull sena jaħbat ma’ din il-festa – fil-bidu ta’ Awwissu.

Xita tal-meterjoriti sseħħ meta d-dinja tgħaddi minn ħdejn biċċiet ta’ trab li kometa tkun ħalliet warajha. Dawn il-biċċiet jinħarqu malli jidħlu fl-atmosfera, u jħallu dwal sbieħ ħafna warajhom.

Fil-każ ta’ Delta Aquariids, il-kometa responsabbli għaliha mhijiex magħrufa s’issa, imma hemm ċans li hija waħda bl-isem Comet 96P/Machholz.