L-attenzjoni f’La Defense Arena, fil-qalba ta’ Pariġi, kienet fuq bosta finali. Fil-finali tal-100 metru Butterfly tan-nisa kien hemm suċċess doppju għall-Istati Uniti permezz ta’ Torri Huske li rebħet f’55.59 sekondi qabel Gretchen Walsh b’55.63 sekondi u Yufei Zhang taċ-Ċina f’56.21 sekondi.
Fil-finali tal-100 metru breaststroke, l-ewwel midalja tad-deheb għall-Italja f’din l-edizzjoni permezz ta’ Nicolò Martinenghi li rebaħ f’59.03 sekondi. Fit-tieni post, it-tnejn midalja tal-fidda b’59.05 sekondi, Adam Peaty tar-Renju Unit u Nik Fink tal-Istati Uniti. S’intendi b’dan ir-riżultat ma ngħatatx il-midalja tal-bronż.
Il-finali tal-400 metru medley individwali ntrebħet minn Leon Marchand ta’ Franza f’4 minuti 2.95 sekondi li huwa wkoll rekord Olimpiku. Fit-tieni post Tomoyaki Matsushita tal-Ġappun f’4 minuti 8.62 sekondi u Carson Foster tal-Istati Uniti f’ 4 minuti 8.66 sekondi.
//= $special ?>