L-uffiċċju Metereoloġiku ħareġ twissija minħabba previzjoni ta’ maltemp fir-Renju Unit. Din it-twissija hija fis-seħħ għal nhar il-Ħamis, għal tul il-jum kollu.
L-Uffiċċju qed ibassar xita u maltemp qawwi, flimkien ma’ għargħar. Dan jaf jirriżulta f’diffikultajiet fis-sewqan u dewmien jew kanċellazzjonijiet għall-ferroviji – b’xi servizzi jaf ikollhom jitħassru.
Ironikament, dan kollu se jiġri waqt li l-Ingilterra kapaċi tirreġistra l-ogħla temperaturi tas-sena.
//= $special ?>