Dalgħodu f’Kastilja, il-Ministri ddiskutew is-saga ta’ Edward Scicluna, li baqa’ jmexxi l-Bank Ċentrali ta’ Malta minkejja li hu se jgħaddi ġuri b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals u Steward.
Il-laqgħa tal-Kabinett bdiet għall-ħabta tal-10am, u kien il-Ministru tas-Saħħa stess JoEtienne Abela li kkonferma ma’ Net News li fuq l-aġenda hemm il-kwistjoni serja ta’ Scicluna – l-Eks Ministru tal-Finanzi li Robert Abela m’għamel xejn fil-konfront tiegħu.
Laqgħa twila u mqanqla sew
Il-Ministri dehru ħerġin minn Kastilja ftit qabel it-3pm. Dan ifisser li d-diskussjoni – li kienet waħda mqanqla ferm – damet għaddejja xejn anqas minn ħames sigħat.
Wara l-laqgħa, iffaċċjati bid-domandi ta’ Net News, ħadd mill-membri tal-Kabinett ma tkellem dwar id-deċiżjoni li ttieħdet rigward Edward Scicluna. U fil-fatt, għad hemm dubji dwar kemm effettivament ittieħdet deċiżjoni.
//= $special ?>