Sport Sport Ieħor

Coco Gauff eliminata fit-tielet rawnd

(Ritratt: EPA)

It-tennista Amerikana Coco Gauff kienet eliminata fit-tielet rawnd mill-Kroata Donna Vekic meta tilfet bl-iskor ta’ 7-6 6-2.

Gauff dehret frustrata fit-tieni set wara li argumentat mal-umpire dwar deċiżjoni li kienet kruċjali fil-partita. F’mument deċiżiv, Gauff kienet tinsab 3-2 minn taħt fi break point u tilfet il-punt ta’ wara.

Hi kienet fost il-favoriti li tikseb midalja għall-pajjiżha wara li fl-2022 irnexxielha tasal sal-finali tal-Open ta’ Franza. Vekic aktar kmieni din is-sena waslet sal-finali tal-Wimbledon biex b’hekk qed tkompli timpressjona.