Valangi fir-reġjun tal-Kerala, fin-nofsinhar tal-Indja, ħallew aktar minn 90 persuni mejtin, skont l-awtoritajiet lokali.
Il-Ministru tas-Saħħa Veena George qal li ħafna persuni spiċċaw feruti u kellhom jittieħdu l-isptar b’urġenza.
Rapporti qed jindikaw li għad hemm mijiet ta’ nies neqsin u sfortunatament, minħabba li dan id-diżastru ħalla t-toroq kollha imblukkati, l-isforzi għall-għajnuna saru aktar kumplikati.
Il-Ministru Ewlieni ta’ Kerala, Pinarayi Vijayan, qal li dan kien wieħed mill-agħar diżastri naturali li esperjenza dan ir-reġjun.
//= $special ?>