Fi tmiem Ġunju, l-istokk tal-vetturi lliċenzjati laħħaq l-440,163. Minn dan l-għadd, 74.4 fil-mija kienu karrozzi tal-passiġġieri, 14.3 fil-mija kienu vetturi kummerċjali jew agrikoli u 10.7 fil-mija kienu muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika, scooters li jitħaddmu bl-elettriku, muturi b’erba’ roti, u ATVs. Ix-xarabanks u l-minibuses ammontaw għal anqas minn wieħed fil-mija. Fit-tliet xhur mitqiesa minn din l-istqarrija, l-istokk tal-vetturi lliċenzjati żdied bʼrata medja netta taʼ tmien vetturi kuljum.
Skont l-NSO, fil-perjodu taʼ referenza, 5,726 vettura ngħataw liċenzja ġdida. Il-maġġoranza tagħhom, 3,836 jew 67.0 fil-mija tat-total, kienu karrozzi tal-passiġġieri.
Warajhom ġew il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika bʼ1,076 jew 18.8 fil-mija. Il-vetturi ‘ġodda’ li ngħataw liċenzja ġdida laħqu t-3,383 jew 59.1 fil-mija tal-għadd sħiħ, mentri l-vetturi ‘użati’ li ngħataw liċenzja ġdida kienu jgħoddu 2,343 jew 40.9 fil-mija. Medja taʼ 63 vettura ngħataw liċenzja ġdida kuljum fit-tieni kwart tal-2024.
Tul it-tieni kwart tal-2024, kien hemm 9,111-il vettura li tneħħew mit-triq minħabba xi restrizzjoni. Fosthom, 29.2 fil-mija kellhom restrizzjonijiet oħra, 28.7 fil-mija kienu ggaraxxjati, filwaqt li 23.0 fil-mija kienu mibjugħin mill-ġdid. L-għadd taʼ vetturi li kellhom ir-restrizzjonijiet mtemmin fl-istess żmien kien ilaħħaq l-4,462. Il-biċċa l-kbira tagħhom kienu ggaraxxjati (52.5 fil-mija) jew mibjugħin mill-ġdid (46.8 fil-mija).

