Lokali

Jerġa’ jinqata’ d-dawl f’numru ta’ lokalitajiet

Ilbieraħ reġa’ nqata’ d-dawl f’numru ta’ lokalitajiet fosthom f’Ħal Tarxien, il-Fgura, Bormla, Ħaż-Żabbar, Gwardamanġa u x-Xagħjra.

Dan proprju fl-istess jum li fih il-Ministru Miriam Dalli kienet qed tiftaħar bl-investiment li sar fis-settur tal-enerġija, waqt programm fuq ix-xandir.

Din is-sena bosta lokalitajiet reġgħu spiċċaw mingħajr provista tal-elettriku tant li kellhom jitpoġġew numru ta’ generators fit-toroq li qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti tal-madwar.

Intant, il-power station temporanja li taħdem bid-diesel għadha ma bdietx taħdem.