Il-ħajja tal-Malti: ħin moħli fit-traffiku, ikel għoli, qtugħ tad-dawl – realtajiet li qed inħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.
Hija din l-analiżi li saret f’artiklu li ġie ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta ‘It-Torċa’, fejn il-ġurnal tal-GWU jispiċċa jgħid li wasal iż-żmien li l-Malti jsabbat saqajh.
F’din il-kitba, jingħad li l-votanti wasslu messaġġ importanti fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda; fejn ingħatat l-ewwel tbeżbiża.
Iżda agħar minn hekk, wara li issa għadda ż-żmien minn din il-votazzjoni… il-Malti ma rax bidla. U donnu mil-lum għall-għada kollox intesa.
“Tibdil ma kienx hemm. U t-tibdil li kien hemm kien wieħed superfiċjali”, sostna l-artikolista tat-Torċa.
Il-ġurnal tal-GWU jkompli jesponi kif sar eżerċizzju ta’ musical chairs fost is-CEOs tal-Gvern; b’nies li diġà kienu hemm qabel l-elezzjoni tal-MEPs. Dan ifisser li nżammet l-istess attitudni u mentalità.
L-artikolsta jagħmel referenza għal min qed imexxi bħala mitluf u bla direzzjoni. Jgħid ukoll li pajjiżna qed jitlef l-għeruq tiegħu.
Interessanti l-fatt li dan ma kienx l-uniku artiklu fil-gazzetta tal-GWU li fetaħ il-kanuni fuq il-Gvern. Tant li anke l-eks editur tal-Orizzont Frans Ghirxi, kiteb li n-nies qed isibu biss “widnejn torox”.
//= $special ?>