Lokali

Konferma li l-Kabinett ma ħa ebda deċiżjoni – Scicluna jwarrab sakemm idum għaddej il-każ tal-Vitals

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li l-Kabinett tal-Ministri “ħa nota tat-talba tal-Professur Edward Scicluna lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde sabiex ma jibqax jeżerċita l-funzjoni ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta sakemm ikun għadu għaddej il-każ tiegħu quddiem il-Qorti Maltija.”

Il-Kabinett tal-Ministri jagħraf li d-deċiżjoni meħuda mill-Professur Scicluna hi fl-aħjar interess nazzjonali.

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Alexander Demarco se jkun qed jassumi t-twettiq tal-funzjoni ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fin-nuqqas tal-Gvernatur.