Internazzjonali

L-Aġent Direttur tas-Servizzi Sigrieti jgħid li dak li ġara fl-isparatura fuq Trump “huwa tal-mistħija”

Republican presidential candidate former President Donald Trump is helped off the stage at a campaign event in Butler, Pa., on Saturday, July 13, 2024. (AP Photo/Gene J. Puskar)

Waqt xhieda fil-Kungress tal-Istat Uniti, l-Aġent Direttur tas-Servizzi Sigrieti l-ġdid Ronald Rowe stqarr li n-nuqqasijiet ta’ sigurtà sabiex jipproteġu l-Eks President tal-Istat Uniti Donald Trump kienu “tal-mistħija”.

Dan l-attentat ta’ tqil seħħ fit-13 ta’ Lulju waqt li Trump kien qed jindirizza rally f’Pennsylvania, meta ż-żagħżugħ ta’ 20 sena, Thomas Crooks spara tiri lejn l-Eks President tal-Istat Uniti.

Matul din ix-xhieda, Rowe sostna li hu żar is-sit ta’ dan ir-rally u tela’ fuq il-bejt biswit il-bini minn fejn spara Crooks. Ronald Rowe saħaq li ma jifhimx għaliex il-bejt minn fejn spara Crookas ma kienx protett aħjar, u għalekk iħoss li din kienet xi ħaġa tal-mistħija. B’riżultat ta’ dan, Rowe qal li qed jieħu l-passi meħtieġa biex xi ħaġa simili ma tergax iseħħ.

Din l-ammissjoni waslet wara li l-ġimgħa l-oħra l-Eks Direttur tas-Servizzi Sigrieti Kimberly Cheatle irriżenjaj wara li hi kienet qed tixhed quddiem bord tal-Kamra tal-Rappreżentanti tal-Istat Unitu u irrifjutat li tagħti dettalji dwar in-nuqqasijiet ta’ sigurtà fuq din l-isparatura.

Intant, id-Deputat Direttur tal-FBI, Paul Abbate, mistenni jixhed ukoll.