Lokali

L-iżbroff tad-drenaġġ ikompli jikkawża inkonvenjent

Filmat li wasal fl-aħħar sigħat għand dan l-istazzjon juri biċ-ċar li l-Gvern għadu qed jipprova jsib tarf tal-ħruġ tad-drenaġġ fil-Bajja tal-Balluta.

Fil-fatt, tul il-jum, ħaddiema tal-Water Services kienu qed jaħdmu bla waqfien sabiex jikkontrollaw din is-sitwazzjoni xejn sabiħa.

Il-kontaminazzjoni tad-drenaġġ fil-Bajja tal-Balluta kienet konfermata anke mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan minkejja li sal-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru baqa’ jiċħad li hawn problemi.

Il-Balluta ma kinitx l-uniku bajja li matul dan is-sajf kellha tingħalaq minħabba kontaminazzjoni.

L-istess ġara s-sajf li għadda meta numru ta’ bajjiet kellhom ukoll jingħalqu għall-għawwiema.