Internazzjonali

Ma taqta’ xejn il-vjolenza fil-Veneżwela minħabba r-riżultat tal-elezzjoni

Hekk kif il-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro ddikjara li rebaħ l-elezzjoni li seħħet il-Ħadd li għadda, dan wassal biex in-nies jinżlu fit-toroq tal-belt, b’73.2% tal-voti.

F’din l-elezzjoni, l-Oppożizzjoni kienet qed tingħaqad wara Gonzalez biex jitneħħa l-President Maduro minn din il-kariga, wara li kien ilu fil-poter għal dawn l-aħħar 11-il sena.

B’konsegwenza ta’ dan ir-riżultat, in-nies fil-Veneżwela qed iħabbtu wiċċhom mal-Pulizija u l-Forzi tas-Sigurtà.

Il-Pulizija spiċċaw jisparaw gass tad-dmugħ u rubber bullets lejn in-nies. Iżda n-nies fil-Veneżwela xorta qed ikomplu jipprotestaw billi jgħajtu għal-libertà u biex jaqa’ l-Gvern.

Intant, Il-Gvern tal-Veneżwala ħabbar sospensjoni temporanja tat-titjiriet kummerċjali minn u lejn il-Veneżwela.

F’diskors fuq l-istazzjon nazzjonali, il-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro qal li għandu li l-obbligu li jinforma lill-poplu Veneżwelan bil-verità kollha, u appella biex in-nies jibqgħu kalmi.