Numru ta’ atleti u spettaturi qed jidhru jużaw boroż tas-silġ matul l-Olimpjadi ta’ Pariġi hekk kif il-kapitali Franċiża bħal numru ta’ pajjiżi oħra Ewropej qed taffaċċja mewġa ta’ sħana.
Matul il-jiem li għaddew numru ta’ bliet fi Franza kienu taħt twissija safra filwaqt li l-bliet ta’ Bordeaux u Lyon kellhom twissija oranġjo. Il-kapitali Franċiża rat it-temperatura tilħaq l-35 grad celcius .
Intant fil-jiem li ġejjin Pariġi mistennija tintlaqat minn aktar maltempati fejn mistennija tinżel ammont sostanzjali ta’ xita.
//= $special ?>