Is-servizzi meteoroloġiċi ta’ Pariġi ħarġu twissija għall-belt kapitali ta’ Franza, hekk kif Pariġi mistennija tintlaqat minn aktar maltempati.
Dan ifisser li waqt l-Olimpjadi se jkun hemm xita qawwija, silġ u sajjetti – maltemp li l-atleti diġà esperjenzaw waqt iċ-ċeremonja tal-ftuħ.
Illum, it-Triathlon tal-irġiel ġiet posposta minħabba x-xita, u kien hemm ilma ta’ kwalità baxxa fix-Xmara Seine.
Illum, il-maltemp fuq Pariġi hu mistenni mill-5pm ‘il quddiem.
Franza mhux l-unika pajjiż li qed jesperjenza maltemp bħalissa; fosthom ir-Renju Unit fejn qegħdin jesperjenzaw ħafna xita. Fil-każ tar-Renju Unit, is-servizzi meteoroloġiċi tagħhom ħarġu twissija għal madwar il-pajjiż kollu.
//= $special ?>