Sport Sport Ieħor

Sasha Gatt tittestja pożittiva għall-COVID-19 wara l-prestazzjoni tagħha fl-għawm

(Ritratt: EPA)

L-għawwiema Maltija Sasha Gatt, ittestjat pożittiva għall-COVID-19 ftit sigħat wara li kkompetiet fil-Heat tagħha tal-1500m freestyle tal-għawm.

Gatt temmet f’ħin ta’ 17:00.54 u kienet qed tikkompeti ma’ żewġ għawwiema oħra fil-Paris La Defense Arena ma’ Gan Ching Hwee ta’ Singapore u Kristel Kobrich taċ-Ċili.

Intant diversi rapporti internazzjonali qed jirrappurtaw li bosta atleti qed jirriżultaw pożittiv għall-COVID-19 u fis-sigħat li ġejjin aktar atleti mistennija jirriżultaw pożittivi.