Sliema Frank Salt komplew jirbħu u jikkonvinċu, din id-darba b’rebħa ta’ 16-11 kontra Valletta Izibet. Protagonist ewlieni kien it-Taljan Giacomo Cannella, awtur ta’ nofs il-gowls Slimiżi. L-uniku darba li Valletta kienu minn fuq kien lejn tmiem l-ewwel sessjoni, b’Sliema jdawru r-riżultat u ħadu vantaġġ ta’ 5-2 sa nofs it-tieni sessjoni.
Cannella kabbar id-distakk għal 9-3 bi tripletta fl-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni. Minkejja li Sliema kienu qed jikkontrollaw b’kumdità, Valletta naqqsu d-distakk għal 11-7 fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni. Ir-riżultat ma kienx f’dubju iżda Cannella skorja doppjetta u kabbar il-vantaġġ għal 13-7 fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Sa żewġ minuti mit-tmiem, Sliema kellhom distakk ta’ 16-9, b’Valletta jnaqqru żewġ gowls mid-distakk lejn it-tmiem.
Ta’ Xbiex Amigos kisbu l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Zoran Maslovar meta għelbu lil Otters Nivea 12-7. Il-mument importanti seħħ fit-tieni parti tat-tieni sessjoni meta Ta’ Xbiex skorjaw erba’ gowls konsekuttivi u ħadu vantaġġ ta’ 7-4.
Otters resqu biss sa żewġ gowls bogħod l-avversarji, b’Ta’ Xbiex wieġbu mill-ewwel fit-tielet sessjoni biex sa nofs l-aħħar sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 11-7, b’Jan Culic jissiġilla r-rebħa tliet minuti mit-tmiem.
Barracudas kienu anqas minn minuta bogħod milli jiksbu l-ewwel punt fil-kampjonat iżda tilfu 16-15 kontra Marsaskala Optima. Barracudas irkupraw minn żvantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni u marru minn fuq għall-ewwel darba kmieni fit-tieni sessjoni, sessjoni li kienet ikkaratterizzata minn botta u risposta, bit-tim ta’ Keith Grima Scott jispiċċaha
Barracudas żammew il-vantaġġ tul it-tielet sessjoni u anki kienu 13-9 minn fuq. Iżda dan id-distakk sparixxa sa tliet minuti mit-tmiem bi tripletta ta’ Edoardo Manzi u gowl ta’ Gerald Sammut. Marsaskala kellhom vantaġġ ta’ gowl darbtejn iżda Barracudas ġabu d-draw fosthom gowl ta’ Simon Apap 51 sekonda mit-tmiem. Madankollu Manzi skorja l-gowl tar-rebħa fl-azzjoni sussegwenti.
SLIEMA FRANK SALT…….. 16
VALLETTA IZIBET…………… 11
(2-2), (4-1), (5-4), (5-4)
Sliema: N. Grixti, E. Schembri, L. Galea (1), J. Gambin (1), G. Cannella (8), B. Cachia, J. Cutajar (3), D. Rizzo, J. Brownrigg, S. Engerer, Z. Mizzi, D. Zammit (2), M. Castillo, J. Cassar (1)
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (3), J. Sciberras, S. Busuttil, K. Borg (2), M. Zammit (2), I. Nagaev (4), S. Micallef, A. Agius, M. Chircop, O. Zammit, A. Bugeja
Referees: Peter Balzan, Mirko Schiavo
MARSASKALA OPTIMA… 16
BARRACUDAS……………….. 15
(3-3), (4-5), (3-5), (6-2)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (9), J. Pace Mizzi, M. Carani (1), R. Greco (1), K. Navarro (1), M. Farrugia (2), K. Grech, G. Sammut (1), J. Ciantar (1), M. Agius, M. Borg, L. Montebello Brownrigg
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), L. Bowman, P. Micallef, W. Ruggier, R. Sciortino, N. Rizzo (1), J. Schembri Young, S. Apap (4), M. Guidi (5), L. Pursehouse, C.J. Saliba (3), A. Micallef, T. Camilleri (1)
Referees: Mirko Schiavo, Juana Cauchi
OTTERS NIVEA…………….. 7
TA’ XBIEX AMIGOS…….. 12
(2-2), (2-5), (2-3), (1-2)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (2), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), P. Smiljevic (1), M. Farrugia (1), A. Dimech (1), M. Grech, T.J. Mifsud
Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia, V. Figliomeni, L. Grech Carr (3), F. Scardino (2), M. Jelaca (2), J. Saliba, A. Camenzuli (1), M. Soler (1), J. Culic (1), G. Gatt (1), P. Tabone (1), A. Theuma, T. Fenech
Referees: Marco Piano, Neville Mercieca
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Sliema | 9 | 8 | 1 | 0 | 138 | 92 | 25 |
San Ġiljan | 8 | 5 | 3 | 0 | 128 | 78 | 20 |
Sirens | 8 | 4 | 0 | 4 | 78 | 88 | 12 |
Neptunes | 8 | 3 | 2 | 3 | 97 | 91 | 12 |
Valletta | 9 | 2 | 0 | 7 | 114 | 135 | 6 |
Birżebbuġa | 8 | 0 | 0 | 8 | 64 | 135 | 0 |
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 8 | 8 | 0 | 0 | 129 | 73 | 24 |
Exiles | 8 | 6 | 0 | 2 | 111 | 76 | 18 |
Marsaskala | 9 | 4 | 1 | 4 | 103 | 100 | 14 |
Otters | 9 | 4 | 0 | 5 | 93 | 87 | 12 |
Ta’ Xbiex | 9 | 3 | 1 | 5 | 91 | 107 | 10 |
Barracudas | 9 | 0 | 0 | 9 | 69 | 153 | 0 |
Logħob li jmiss
L-Erbgħa 31 ta’ Lulju
Marsaxlokk v Exiles 6.00pm, San Ġiljan v Sirens 7.15pm, Neptunes v Birżebbuġa 8.30pm
//= $special ?>