Sport

Suċċess ieħor għall-Italja

Wara s-suċċess għall-Italja ta’ Nicolo Martinenghi fil-100 metru breast stroke, it-tieni midalja tad-deheb mirbuħa fl-għawm  fil-100 metru backstroke permezz ta’ Thomas Ceccon li fi 52 sekonda netti temm fl-ewwel post qabel Jiayn Xu taċ-Ċina fi 52.32 sekondi u Ryan Murphy tal-Istati Uniti fi 52.39 sekondi.