Il-kantanta Taylor Swift qalet li hija “kompletament ixxukjata” wara l-attakk f’Southport.
Dan l-attakk seħħ waqt li kienet għaddejja klassi taż-żfin fejn kienet qed tindaqq mużika tal-istess kantanta – sessjoni li kienet miftuħa għat-tfal mit-tieni sas-sitt sena tal-iskola.
F’ħin minnhom, ir-raġel daħal fil-klassi u beda jattakka lit-tfal.
S’issa huma tlieta t-tfal li nqatlu f’dan l-attakk b’sikkina, u li għandhom sitta, sebgħa u disa’ snin. Tmien tfal oħra kienu meħuda l-isptar, u ħamsa qegħdin fi stat kritiku. Żewġ adulti spiċċaw feruti wara li provaw jipproteġu lit-tfal.
Flimkien ma’ Taylor Swift, personalitajiet u għaqdiet oħra tkellmu dwar l-inċident, fosthom l-iskola primarja tal-lokalità.
//= $special ?>