Fil-kompetizzjoni individwali tan-nisa tal-Fencing, l-attenzjoni kienet fuq NADA HAFEZ tal-Egittu. Ta’ 26 sena, Hafez qed tikkompeti għat-tielet darba f’Olimpjadi bid-differenza li f’din l-edizzjoni għandha seba’ xhur tqala.
Minkejja dan, waslet sal-fażi tal-aħħar sittax. Nada Hafez għelbet lil Elizabeth Tartakowsky tal-Istati Uniti 15 – 13 iżda wara sfat eliminata minn Jean Hayoung tal-Korea t’Isfel 15 – 7.
//= $special ?>