Sport

Xeni ta’ għajb fil-fencing

Xeni ta’ għajb u protesti min-numru 1 fid-dinja tal-fencing SANDRO BAZADZE fil-mument li fl-aħħar azzjoni l-membru tal-ġurija Vanesa Chichon tat il-punt lill-avversarju tiegħu Mohamed Amer tal-Eġittu li spiċċa rebaħ 15-14.

Kien il-punt deċiżiv f’konfront mill-aħħar 32 fejn iżda wassal għal mod xejn mistenni u reazzjoni aggressiva minn Bazadze.

F’kumment lil midja huwa qal li għamlulu l-istess bħal fl-2021 fl-Olimpijadi ta’ Tokjo meta dakinhar kien eliminat minn Aron Szilagyi tal-Ungerija.