Il-Hamas qal li l-mexxej tiegħu Ismail Haniyeh inqatel f’daru f’Tehran f’rejd Iżraeljan.
Iżrael għad irid iwieġeb iżda qabel huma ħalfu li “jgħaffġu” lill-grupp Palestinjan wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru li qatlu 1,200 Iżraeljan.
Il-mewt ta’ Haniyeh seħħet jum wara li Iżrael qal li qatel kmandant anzjan tal-Hezbollah fi strajk fil-kapitali Libaniża Bejrut
Haniyeh, f’Tehran, kien sa jattendi l-inawgurazzjoni tal-President Iranjan Masoud Pezeshkian bil-Gwardjani Rivoluzzjonarji tal-Iran jgħidu li wieħed mill-gwardjani ta’ Haniyeh inqatel ukoll fl-istrajk.