“Il-Partit Nazzjonalista kommess li jinvesti fis-setturi kollha ta’ pajjiżna filwaqt li huwa importanti li napprezzaw it-tradizzjonijiet li jagħmluna differenti minn pajjiżi oħrajn.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel għand il-furnar Ta’ Kalċ, f’Ħal Qormi, fejn saħaq li l-Partit Nazzjonalista lest ifassal politika li verament tindirizza lis-setturi kollha f’pajjiżna.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista hu kommess li jinvesti fis-setturi kollha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi preżenti. Dan kollu huwa biss possibbli permezz tal-konsultazzjoni.
Għal din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Ryan Callus u Jerome Caruana Cilia.
//= $special ?>