Fiż-Żejtun ġiet inawgurata Dar San Franġisk mill-Arċisqof Charles Scicluna; ir-raba’ dar immexxija mill-Fondazzjoni Nazareth u li se tieħu ħsieb persuni b’diżabbiltà.
Din l-inawgurazzjoni bdiet b’quddiesa fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. Din il-quddiesa ġiet ikkonċelebrata wkoll mill-fundatur tal-Fondazzjoni Nazareth, Dun Anġ Seychell, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Dun Martin Micallef, il-Kappillan taż-Żejtun Dun Anton Galea-Scannura u l-Viċi Kappillan taż-Żejtun Dun Bernard Micallef u wkoll mid-Direttur ta’ Fondazzjoni Arka f’Għawdex Dun Michael Galea.
L-Arċisqof tenna li din id-dar hija prova ta’ eżempju ħaj ta’ mħabba konkreta, li d-dinja tal-lum tant għadha bżonn.
Barra minn hekk, l-Arċisqof sellem ukoll lil Dun Anġ Seychell tal-ħidma kontinwa mal-persuni fil-bżonn f’din is-soċjetà.
L-Arċisqof saħaq li Dar San Franġisk qed tiċċelebra l-ispirtu tal-familja “fejn kulħadd iħossu milqugħ, rispettat u jagħmel l-esperjenza tal-għozza. F’dan l-ambjent kulħadd ikollu tama ta’ futur sigur għax hemm min jieħu ħsiebu”.
//= $special ?>