Atleti mill-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel ippożaw flimkien għal ‘selfie’ fl-aħħar tal-logħba tat-table tennis wara li ġew mogħtija l-midajli tagħhom. L-atleta Lim Jong-hoon mill-Korea t’Isfel iċċelebra dan il-mument billi ħareġ il-mowbajl tiegħu għal ritratt ma’ sħabu u mal-atleti mill-Korea ta’ Fuq.
Dan is-‘selfie’ wera sens ta’ armonija f’mument storiku bejn dawn l-atleti li qegħdin jirrappreżentaw il-pajjiżi rispettivi tagħhom – li fuq livell diplomatiku ma jarawx għajn m’għajn.
Waqt il-logħob tat-table tennis, il-Korea ta’ Fuq rebħu l-midalja tal-fidda, waqt li l-Korea t’isfel rebħu l-bronż fir-rawnd tal-mixed doubles.
Matul is-snin, f’kompetizzjonjiet sportivi, iż-żewġ pajjiżi wrew għaqda, speċjalment waqt l-Olimpjadi tax-xitwa li seħħew fl-2018, fi PyeongChang, fil-Korea t’isfel.
//= $special ?>