Internazzjonali Kurżitajiet

SKOZJA: Tfittxija għal mara wara li nstabu ittri tas-seklu dsatax f’ħanut tal-karità

Fl-Iskozja għaddejja tfittixija biex tinstab mara li tat donazzjonijiet ta’ kotba lil ħanut tal-karità, u li kienu jinkludu ittri mis-seklu dsatax tal-poeta Amerikan John Greenleaf Whittier. Din il-mara tat dawn il-kotba bħala donazzjonijiet fit-8 ta’ Lulju, waqt żjara f’dan il-ħanut.

Din is-sejba li seħħet fil-bidu ta’ dan ix-xahar saret mill-voluntiera Fiona Cameron, li kienet qed taħdem b’mod volontorjat f’ħanut tal-karità fl-Iskozja. L-ittra ta’ John Greenleaf Whittier kienet moħbija fi ktieb, u kienet indirizzata lil neputija tiegħu. Kien hemm ittra oħra separata lir-raġel tan-neputija tiegħu.

John Greenleaf Whittier twieled f’Massachusetts, fl-Istat Uniti fl-1807 u miet fl-1892, fl-età ta’ 84 sena. Greenleaf Whittier kien attivist biex tieqaf l-iskjavitù fl-Istat Uniti.

Intant, il-Kulleġġ Whittier u s-Soċjetà Storika ta’ Maine wkoll esprimew interess biex jinstab l-oriġini ta’ dawn l-ittri.