Lokali

Tfajla ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet żewġ sulari

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li tfajla ta’ 18-il sena mill-Bulgarija, kienet waqgħet madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt ta’ residenza.

Tim mediku assista lill-vittma u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard, hija kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.