Internazzjonali

Ma taqta’ xejn it-tensjoni fil-belt ta’ Southport

Attakk ieħor seħħ f’Southport fir-Renju Unit waqt vejla organizzata b’rispett lejn il-memorja tal-vittmi li nqatlu f’attakk b’sikkina ftit tal-jiem ilu.

Din id-darba qiegħed jinagħad li dan l-attakk twettaq minn grupp b’rabtiet Iżlamiċi, fejn ħadu vantaġġ mill-mewt ta’ dawn it-tfal għall-iskopijiet politiċi tagħhom.

L-uffiċjali tal-pulizija ġew attakati bi briks u ġebel, filwaqt li vann tal-Pulizija ħa n-nar. Dan wassal sabiex aktar minn 50 persuna ndarbu.

Kien hemm kundanna sħiħa għall-azzjonijiet ta’ dawn l-aggressuri għaliex il-komunità tpoġġiet fir-riskju waqt li suppost kien qed jintwera rispett lejn il-qraba tal-vittmi.