Lokali

ŻVOLTA ĠDIDA: Edward Scicluna jinsisti li hu għadu Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

L-Eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qed jibqa’ jinsisti li hu għadu Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. “Se nibqa’ Gvernatur sakemm jispiċċali t-terminu”, stqarr il-Professur Scicluna.

Mat-Times, Scicluna għamilha ċara li hu ħa d-deċiżjoni li jwarrab temporanjament għaliex wasal għal “kompromess”.

Sa issa, għadu mhux ċar x’kien jinkludi dan il-qbil li laħaq ma’ Robert Abela.

Scicluna deher f’Kastilja lbieraħ wara nofsinhar, fi tmiem il-laqgħa tal-Kabinett li damet aktar minn 5 sigħat. Sorsi jikkonfermaw li mar personalment biex jassigura li l-paga tiegħu ma tiġix mittiefsa.