Darren Carabott, ix-Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi; u Ian Vassallo, ix-Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali; saħqu kif il-Partit Nazzjonalista jinnota li għal darb’oħra, il-mewt ta’ persuna li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Gvern ġiet irrappurtata mill-ġurnalisti u mhux mill-entitajiet jew mill-Ministeri responsabbli.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija appella li dawn it-tip ta’ aħbarijiet u komunika ta’ informazzjoni, b’responsabbiltà u rispett lejn kwalunkwe proċess ġudizzjarju li jista’ jkun li ġie skattat minħabba l-każ, għandhom jiġu mħabbra mill-entitajiet tal-Gvern jew mill-Ministeri responsabbli li għandhom dejjem iħarsu l-prinċipju tat-trasparenza, il-governanza tajba u l-kontabbiltà.
L-istess reġa’ ġara fil-każ tal-mewt ta’ persuna lbieraħ filgħaxija, fejn kienu l-ġurnalisti li żvelaw li persuna li kienet qed tinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli, u li allegatament instabet mal-art f’għadira demm, mietet wara 19-il ġurnata.
Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jifhem għaliex il-Gvern żamm dan il-każ sigriet u, filwaqt li jistenna tweġibiet b’mod pubbliku dwar il-konklużjonijiet ta’ x’wassal għal din il-mewta, jittama li Inkjesta Maġisterjali ġiet skattata.
//= $special ?>