Kabinett sħiħ bla ebda soluzzjoni – ebda pjan dwar kif tista’ tissolva il-problema tad-dranaġġ.
It-Tlieta quddiem Kastilja, Net News staqsa lill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela kif beħsiebhom isolvu il-problema serja tad-drenaġġ li qed jikkontamina numru ta’ bajjiet madwar Malta.
Iżda minkejja li din hija problema li ilha tipersisti għal xhur sħaħ hadd mill-Ministri ma kien jaf jagħti soluzzjoni għal dak li qed jiġri; jew imqar ħjiel ta x’miżuri qed jieħu l-Gvern biex din il-problema tiġi indirizzata. B’numru ta’ Ministri jgħidulna li din għad trid tiġi indirizzata, min jgħidilna li din hija kwistjoni interna u oħrajn baqgħu għadejjin mingħajr ma wieġbu xejn.
Fl-aħħar jiem l-Awtoritajiet tas-Saħħa giddbu lill-Prim Ministru Robert Abela li kemm-il darba stqarr li mhux vera qed jintremma d-dranaġġ fil-baħar.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-Bajja tal-Balluta kienet ingħalqet minħabba l-kontaminazzjoni tad-drenaġġ, minkejja t-tetattivi preċedenti biex titnaqqas is-severità tal-problema.
Din hi konferma oħra li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu l-ebda pjan ċar kif se jsolvi din il-problema u konferma wkoll ta’ kemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu raġun meta qal li qed jintefa’ d-dranaġġ fil-baħar kaġun tal-pressjoni kbira fuq l-infrastrutura.
//= $special ?>