Lokali

IL-KRIŻI TAL-GVERN: Nikkonfermaw ir-riżenja ta’ wieħed mill-istrateġisti ewlenin ta’ Kastilja

Rapporti qed jindikaw li wieħed mill-esponenti ewlenin fit-tim ta’ Robert Abela, Aleander Balzan, irriżenja mill-pożizzjoni tiegħu. Minfloku, se jkun qed imur l-eks ġurnalist tas-Super One Samuel Lucas.

Dan tħabbar mill-attivist Laburista Neville Gafà fuq il-midja soċjali. Għalkemm aktar aktar tard, Net News ikkonferma din l-informazzjoni minn sorsi fil-qalba tal-Partit Laburista.

Dan ifisser li qed ikompli jikber it-terremot li laqat lil-Labour dan is-sajf, wara d-diżappunt enormi tar-riżultat tal-MEPs fejn il-Partit Laburista tilef siġġu.

“Jirreżenja Aleander Balzan. Nemmen li din id-deċiżjoni ta’ Aleander kienet waħda għaqlija u għall-aħjar interess tal-Partit kif ukoll għall-Gvern Laburista”, kiteb Neville Gafà fuq Facebook.