Wara daqstant kontroversja dwar jekk il-kompetizzjoni tat-Triathlon issirx kif ipprogrammat, fil-kategorija tal-irġiel il-midalja tad-deheb intrebħet mir-Renju Unit permezz ta’ ALEX YEE li temm f’ħin globali ta’ siegħa, 39 minuta u 6 sekondi.
Fit-tieni post ikklassifikat Hayden Wilde ta’ New Zealand b’siegħa, 38 minuta u 54 sekonda qabel Leo Bergere ta’ Franza b’siegħa, 39 minuta u 16-il sekonda li kien distakk ta’ tliet sekondi biss minn Pierre La Corre ta’ Franza li temm fir-raba’ post.
Il-kompetizzjoni tan-nisa ntrebħet minn Cassandre Beaugrand ta’ Franza f’siegħa, 54 minuta u 55 sekonda b’distakk minimu ta’ sitt sekondi minn Julie Derron tal-Iżvizzera u ħmistax-il sekonda Beth Potter tar-Renju Unit.
//= $special ?>