Sport

Jispikka r-ritwal tradizzjonali ta’ New Zealand fil-premjazzjoni tar-RUGBY 7s tan-nisa

Fil-finali tar-Rugby7s tan-nisa, li ntlagħbet fi Stade de France, New Zealand għelbu lill-Kanada 19 – 12. Fil-mument tal-premjazzjoni tal-midalja tad-deheb lil New Zealand, spikkat id-danza u ritwal tradizzjonali tal-Haka.

Fil-finali, minkejja li l-ewwel taqsima ntemmet 12 – 7 għall-Kanada, fit-tieni taqsma kien hemm dominju minn NewZealand u l-punti minn Stacey Waaka, Tyla King, Michaela Blyde u Risi Pouri Lane.

Fis-semifinali New Zealand għelbet lill-Istati Uniti 24 –12 li rebħu l-midalja tal-bronż kontra l-Awstralja.