Suċċess għall-Gwatemela għall-ewwel darba fl-istorja u fl-isparar meta fil-finali tat-Trap tan-nisa, Adriana Ruano Oliva rebħet il-midalja tad-deheb li kienet l-ewwel waħda tad-deheb qatt mirbuħa mill-Guatemala fl-istorja tal-Olimpjadi.
Ruano Oliva għamlet ukoll rekord Olimpiku b’45 minn 50 plattina. Fit-tieni post Silvana Maria Stanco tal-Italja b’40 plattina fil-finali wara li Penny Smith tal-Awstralja kienet għalqet bi 32 plattina.
//= $special ?>