Lokali

NIŻVELAW: Scicluna qed jipprova jikkonvinċi lil ta’ madwaru li “fi ftit ġimgħat” il-każ tiegħu se jinqata’

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Professur Edward Scicluna laqqa’ lill-kapijiet tad-dipartimenti varji li joperaw il-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Ħbieb ta’ Edward Scicluna li tkellmu ma’ Net News qalulna li lbieraħ kellu “laqgħa mal-Heads”, u li matulha kellimhom dwar il-każ li għaddej il-Qorti.

Is-sorsi tagħna żvelaw li Scicluna qalilhom li l-każ tiegħu “mhux se jieħu fit-tul”, filwaqt li prova jikkonvinċi lin-nies tal-Bank Ċentrali li din is-saga għandha tiġi konkluża fi żmien qasir.

“L-evidenza diġà qiegħda kollha għandhom, u fi ftit ġimgħat għandha tinqata'”, iddikjara l-Professur Scicluna fil-laqgħa li indirizza lbieraħ.