L-għawwiem Kyle Micallef kiseb riżultat mill-aktar sodisfaċenti meta kien fl-azzjoni fil-ħames heat tal-50 metru freestyle fejn Micallef, fil-korsija numru ħamsa, temm fit-tieni pożizzjoni mit-tmien għawwiema fil-ħames heat.
Fil-Paris La Defense Arena, Kyle Micallef għamel il-50 metru freestyle fi 22.89 sekondi, liema heat intrebħet minn David Young ta’ Fijifi 22.71 sekondi filwaqt li fit-tielet post wara Micallef, temm Tobi Sijouade tan-Niġerja fi 23.34 sekondi.
B’kollox, fil-50 metru free style kien hemm għaxar heats għal total ta’ 74 għawwiem fejn bil-ħin li għamel ta’ 22.89 sekondi, fil-klassifika ġenerali Kyle Micallef temm fil-41 post riżultat li huwa wieħed mill-aktar pożittiv fil-kuntest ta’ Olimpjadi.
