Lokali

Skiet totali dwar il-każ tal-priġunier li nstab f’għadira demm fl-Isptar Monte Carmeli

Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed iżżomm skiet totali dwar il-każ rappurtat fit-Times, wara li priġunier instab f’għadira demm fil-Unit Forensiku tal-Isptar Monte Carmeli.

Il-priġunier ġie identifikat bħala Jesmond Gatt. U l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-ħabs żamm segretezza assoluta dwar dan il-każ ikrah. U d-Direttur Chirs Siegersma wieġeb biss b’mod xott ħafna, meta mat-Times stqarr li l-ħabsi kien “waqa’ u ħabat rasu”. Iżda dwar id-dinamika tal-każ għad hemm ħafna domandi.

Preżentament, Gatt qed jistenna deċiżjoni dwar it-talba tiegħu għal-libertà proviżorja. U f’Monte Carmeli, poġġewh f’kamra flimkien ma’ żewġ persuni oħrajn.

Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali.