Internazzjonali

Stati Uniti – Russja: L-akbar skambju ta’ priġunieri mill-era tal-Gwerra Bierda

Mistenni li tliet ċittadini Amerikani li ilhom żmien jgħixu ta’ priġunieri fir-Russja se jingħataw il-libertà dalwaqt bħala parti minn skambju ‘kważi storiku’ ta’ priġunieri bejn dan il-pajjiż u l-Istati Uniti. Skambju li qed jissemma wkoll bħala l-aktar wieħed sinifikanti bejn il-potenzi rivali miż-żmenijiet tal-Gwerra Bierda.

Il-ftehim jesiġi għall-ħelsien tal-ġurnalista Evan Gershkovich, Paul Whelan, veteran mal-korp tal-morini u ġurnalista ieħor (Amerikan ta’ nisel Russu) bl-isem ta’  Alsu Kurmasheva. Huma għadhom taħt ftehim li sar possibbli taħt qbil ikkonfermat mill-Gvern tal-President tal-Istati Uniti, Joe Biden.

Ir-rapporti qalu wkoll li Vadim Krasikov – identifikat bħala kurunell mas-servizzi sigrieti FSB tar-Russja – diġà qed jivvjaġġa bl-ajruplan lejn it-Turkija bħala parti mill-iskambju. Dan wara li s-servizzi sigrieti Torok qalu li kellhom rwol importanti ħafna ‘bħala medjaturi’ biex iseħħ dan l-iskambju ta’ priġunieri.

Il-bidla tal-priġunieri bejn l-Istati Uniti u r-Russja qed titqies ukoll fost l-akbar fl-istorja – u meta tinvolvi 24 persuna li kienu qed jinżammu fil-kumplessi ta’ ħabs f’dawn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll fil-Ġermanja u tliet pajjiżi oħra tal-Punent,.