Sport

Suċċess għar-Renju Unit fil-finali tal-qdif ta’ b’erbgħa

Suċċess u midalja tad-deheb għar-Renju Unit meta fil-finali tal-qdif ta’ b’erbgħa tan-nisa Lauren Henry, Hannah Scott, Lola Anderson u Georgina Brayshaw temmew id-distanza ta’ 2000 fiċ-Ċentru Nawtiku ta’ Pariġi f’6 minuti 16.31 sekondi.

Fit-tieni post f’6 minuti 16.46 sekondi daħlet l-Olanda bil-Ġermanja fit-tielet post b’distakk mill-Olanda ta’ aktar minn tliet sekondi.