Suċċess ieħor fl-għawm għal Leon Marchand ta’ Franza, bit-tieni midalja tad-deheb din id-darba fil-finali tal-200 metru butterfly tal-irġiel wara li kien rebaħ l-400 metru medly individwali.
Marchand rebaħ f’Paris La defense Arena f’minuta u 51.21 sekondi f’rekord Olimpiku. Fit-tieni post Kristof Milak tal-Ungerija f’minuta u 51.75 sekondi qabel Ilya Khariun tal-Kanada f’minuta u 52.80 sekondi.
//= $special ?>